Banner















© Radju Lehen il-Qala

'FEATURE' FUQ L-ISTUDJOWS IL-ĠODDA

Klikkja fuq dan il-link biex tkun tista tara’ dan il-feature rigward l-istudjows il-ġodda ta’ Radju Leħen il-Qala.

Ikklikja Hawn

Bdew il-preparamenti għall-festa tal-Kunċizzjoni u tal-Milied 2008

Kulħadd għadu jiftakar xi skeda kellna fil-festa Ġużeppina. U flimkien qed naħdmu biex ikollna oħra speċjali fl-okkażjoni tal-festa għażiża għalina l-Qalin, dik ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni, u anki dik tal-Milied. Sa jkollna xahar ta’ skeda mimlija bi programmi li sa jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Dettallji aktar ’il quddiem.

Grazzi, Sem. John Paul Cefai

Ftit tal-ġranet ilu ġie maħtur kumitat ġdid biex, taħt it-tmexxija ta’ l-arċipriet il-Kan. Dr Joe Zammit, jieħu ħsieb id-direzzjoni ta’ dan l-istazzjon. Il-membri huma Ivan Cefai bħala ko-ordinatur, Josef Abela, Karl Buttigieg, Jacqueline Cefai, Sammy Mejlaq u Philip Pisani. Filwaqt li nifirħu lit-tmexxija ġdida ta’ Radju Leħen il-Qala ma nistgħux ma ngħidux GRAZZI kbira lis-seminarista John Paul Cefai li tul dawn l-aħħar sentejn ħadem kemm felaħ biex iżomm dan l-istazzjon fuq saqajh. Żgur li d-dedikazzjoni, l-imħabba, l-impenn u s-sagrifiċċji li għamel wasslu mhux biss biex il-lum għandna studjows ġodda imma wkoll biex inkomplu nkunu leħen fid-djar tas-semmiegħa tagħna. Filwaqt li nirringrazzjawh mill-ġdid, nawgurawlu għall-futur.

Messaġġ mill-arċipriet il-Kan. Dr Joe Zammit

Mill-ewwel jiem li nħtart arċipriet tal-parroċċa tal-Qala, niftakarni nlaqqa’ lill-equipe ta’ Radju Leħen il-Qala u fost l-oħrajn għidtilhom li l-ewwel “opra” li xtaqt nagħmel fil-parroċċa kienet l-istudjows il-ġodda għal dan ir-radju tal-komunità. U b’sodisfazzjon kbir illum nara li dak li wegħidt issa seħħ verament. Kienet żgur il-Providenza Divina flimkien mal-ġenerozità ta’ poplu matur li waslu biex f’temp relattivament qasir dan il-proġett ġie fi tmiemu. Illum, dan il-mezz modern ta’ appostolat li hu r-radju, iħaddan fih garanzija ta’ futur aħjar, għax il-post huwa importanti għax-xandir daqskemm hu l-apparat kollu. Ma għandix kliem biex nirringrazzja lil Alla u lill-poplu tal-Qala kollu għall-fiduċja li mill-ġdid wera f’min imexxih.

Ikkuntatjana

24, Triq San Frangisk, Qala, Ghawdex, QLA 1030.
E mail: info@radjulehenil-qala.com
Numru tat-Telefon: (+356) 21 558 556
SMS: 5061 2222

Ara l-guestbook