Banner









© Radju Lehen il-Qala

Waslet il-Festa u tibda l-iskeda!

Għal darb’oħra reġa’ wasal żmien il-Festa u dan iż-żmien iġib fil-qofol tagħha l-iskeda speċjali ta’ Radju Leħen il-Qala. Wara diversi xhur ta’ ħidma mill-amministrazzjoni, flimkien mal-kontribut qawwi ta’ tmenin ruħ, ser inwasslu waħda mill-aħjar skedi li qatt irnexxielna ntellgħu. Żgur li tul dawn is-sitt ġimgħat kulħadd ser isib xi ħaġa li togħġbu. Għandna skeda quddiemna li hi varjata, bi programmi li reġgħu sabu posthom f’din l-iskeda u oħrajn li huma ġodda: skeda mżewqa bi preżentaturi ġodda u b’oħrajn li ilhom jagħtu kontribut għal diversi snin. B’din it-taħlita ser inkunu qed inwasslu l-aħjar prodott fid-djar tas-semmiegħa tagħna. Għalhekk mis-Sibt 26 ta’ Ġunju ’l quddiem għażla waħda għandek: 106.3FM jew inkella l-webcasting!

Skeda “preview”

Nhar il-Ġimgha 25 ta’ Ġunju, ġurnata qabel tibda l-iskeda speċjali tal-Festa 2010, Radju Leħen il-Qala ser jippreżenta programm speċjali li fih ser nagħtu ħarsa lejn l-iskeda li ser takkumpanjana f’dawn il-ġranet tant għeżież għalina l-Qalin. Barra titwila lejn l-iskeda ta’ din is-sena, ser isir kollegament ma’ diversi preżentaturi li jkomplu jagħtu aktar dettalji dwar il-programmi li ser jippreżentaw. Kunu magħna mis-7.30pm ’il quddiem biex flimkien nibdew bil-kbir l-iskeda tal-Festa li tant ilna nistennew!

Ikkuntatjana

24, Triq San Frangisk, Qala, Ghawdex, QLA 1030.
E mail: info@radjulehenil-qala.com
Numru tat-Telefon: (+356) 21 558 556
SMS: 5061 2222

Ara l-guestbook